Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2009 - Intercéréales u Grossi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Intercéréales (Pariġi, Franza) u Alain Grossi (Nîmes, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret u L. Olza Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

-    tannulla d-deċiżjoni kkontestata ;

-    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7846 finali1 tal-Kummissjoni, tal-10 ta' Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li l-iskemas-sistema gwida ta' azzjonijiet li jistgħu jiġu mwettqa mill-organizzazzjonijiet interprofessjonaliisti agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f'għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità, għar-riċerka u l-iżvilupp, u għar-reklamar favur produtturi primarji u impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, finanzjati permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji permezz ta' d-digriet interministerjali, li għandhom jinġabru mingħand il-membri ta' dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, tjikkostitwixxiu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU 2009, C 116, p. 14.