Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2009 - Earle Beauty vs UASI (NATURALLY ACTIVE)

(Kawża T-307/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liz Earle Beauty Co. Ltd. (Ryde, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Cover, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta' Mejju 2009 fil-Każ R 27/2009-2 u tiddikjara li t-trade mark Komunitarja kkonċernata tista' tiġi ppubblikata u rreġistrata; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "NATURALLY ACTIVE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 16, 18, 35 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: tirrifjuta l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra l-frażi "Naturally Active" bħala normali fil-lingwa Ingliża u li għalhekk kien terminu ta' tifħir li seta' faċilment jinftiehem mill-pubbliku ġenerali, għalhekk mingħajr karattru distintiv intrinsiku.; ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) billi l-Bord tal-Appell: (i) żbalja meta kkunsidra li t-trade mark ikkonċernata ma kinitx kisbet karattru distintiv permezz ta' użu; u (ii) ma tax l-importanza li kienet tistħoqq lill-evidenza oġġettiva pprovduta mir-rikorrenti u li għalhekk ma kellux raġunijiet tajba u adegwati sabiex jasal għall-konklużjoni tiegħu fir-rigward ta' din id-dispożizzjoni; ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) billi l-Bord tal-Appell żbalja meta applika t-test għal din id-dispożizzjoni, fir-rigward ta' dak li hija sabet għall-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, għall-Istati Membri kollha tal-UE, minflok ma applikat dan it-test lil dawk l-Istati Membri biss fejn b'mod predominanti jiġi mitkellem l-Ingliż.

____________