Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Mejju 2011 - Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-226/10) 1

("Rikors għal annullament - Rappreżentanza minn avukati li ma humiex persuni terzi - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: H. Gruszecka u D. Pawłowska, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 1234, tat-3 ta' Marzu 2010, adottata skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), li tordna lill-awtorità regolatorja Pollakka fil-qasam tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettronċi u tas-servizzi postali, tirtira żewġ proġetti ta' miżuri nnotifikati rigward is-suq nazzjonali bl-ingrossa għall-iskambju ta' traffiku IP (IP-Transit) (Każ PL/2009/1019) u s-suq bl-ingrossa ta' IP-Peering man-netwerk ta' Telekomunikacja Polska S.A. (TP) (Każ PL/2009/1020).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Il- Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 209, 31.07.2010.