Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2010 - EWRIA et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-369/08) 1

("Dumping - Importazzjoni ta' kejbils tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Indja, mill-Afrika t'Isfel, mill-Ukrajna u mir-Russja - Rifjut li ssir reviżjoni parzjali interim tad-dazju antidumping impost")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Wire Rope Importers Association (EWRIA) (Hemer, il-Ġermanja) ; Câbleries namuroises SA (Namur, il-Belġju) ; Ropenhagen A/S (Vallensbaek Strand, id-Danimarka); ESH Eisen- und Stahlhandelsgesellschaft mbH (Kaarst, il-Ġermanja) ; Heko Industrieerzeugnisse (Hemer) ; Interkabel Internationale Seil- und Kabel-Handels GmbH (Solms, il-Ġermanja) ; Jose Casañ Colomar, SA (Valencia, Spanja) ; u Denwire Ltd (Dudley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Lieber, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropej (rappreżentanti: C. Clyne u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2008 li biha ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal ftuħ ta' reviżjoni parzjali interim tal-miżuri antidumping imposti applikabbli għall-importazzjoni ta' kejbils tal-ħadid u tal-azzar.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Il-European Wire Rope Importers Association (EWRIA), il-Câbleries namuroises SA, Ropenhagen A/S, ESH Eisen- und Stahlhandelsgesellschaft mbH, Heko Industrieerzeugnisse GmbH, Interkabel Internationale Seil- und Kabel-Handels GmbH, Jose Casañ Colomar SA u Denwire Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 22.11.2008.