Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 – Pepi vs ERCEA

(Kawża F-33/12) 1

(Servizz Pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Membri tal-persunal bil-kuntratt awżiljarji – Reklutaġġ – Klassifikazzjoni waqt ir-reklutaġġ – Artikoli 3a, 3b u 86 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – ERCEA – Regoli interni tal-klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal bil-kuntratt)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean Pepi (Brussell, il-Belġju), (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA), (rappreżentanti: M. Oliván Avilés u M. G. Bambara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament parzjali tal-kuntratt tar-rikorrent stipulat mal-ERCEA fil-parti fejn huwa ġie kklassifikat fil-grad AD10.Dispożittiv tad-digrietIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.J. Pepi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.