Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-34/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/207/11, tat-3 ta’ Diċembru 2011, li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid imressqa mir-rikorrenti fit-3 ta’ Awwissu 2011, kontra d-deċiżjoni preċedenti tal-imsemmi Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma tiġix mistiedna għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, li ġiet ikkomunikata lilha permezz ta’ ittra mill-EPSO tas-26 ta’ Lulju 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas EUR 10 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat bħala konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.