Language of document : ECLI:EU:T:2009:117





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ April 2009 – Nycomed Danmark vs EMEA

(Kawża T-52/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali – Aġent użat fil-produzzjoni ta’ immaġni ta’ ultrasound ekokardjografiku għall-finijiet ta’ dijanjosi (perflubutane) – Rifjut tal-EMEA li tagħti deroga mill-obbligu li jiġi sottomess pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 225 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 37-40)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Materjalizzazzjoni ta’ dannu li tiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 59, 60)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Preżentazzjoni ta’ motivi li jiġġustifikaw prima facie l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 104(2) u 109) (ara l-punti 61, 62)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Dannu li jista’ jiġi sussegwentement irreparat b’kumpens jew permezz ta’ rikors għad-danni (Artikoli 235 KE, 242 KE u 288 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2) (ara l-punti 70-73)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2) (ara l-punti 74-80)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ nuqqas ta’ diliġenza tar-rikorrenti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 82)

Suġġett

Talba intiża, minn naħa waħda, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-EMEA, tat-28 ta’ Novembru 2008, li ċaħdet it-talba għal deroga speċifika fir-rigward tal-perflubutane u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.