Language of document : ECLI:EU:T:2018:885





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas6 ta’ Diċembru 2018 – Coveris Rigid France vs IlKummissjoni

(Kawża T531/15)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Prinċipju ta’ responsabbiltà personali – Assenza ta’ kontinwità ekonomika – Ugwaljanza fit-trattament”

1.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Ksur imwettaq minn entità li ma wafqitx teżisti u mkompli minn entità oħra suċċessura tagħha fl-attività ekonomika fis-suq ikkonċernat – Imputazzjoni tal-ksur kollu lil din l-entità l-oħra – Ammissibbiltà – Eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontinwità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101 TFUE)

(ara l-punti 21, 39 sa 43, 49 sa 51)

2.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

(Artikolu 101 TFUE)

(ara l-punt 57)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4336 final tal‑24 ta’ Ġunju 2015 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Coveris Rigid France hija kkundannata għall-ispejjeż.