Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-26 ta’ Jannar 2024 – K.L. vs Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerijos

(Kawża C-63/24, Galte 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K.L.

Konvenut: Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerijos

Domanda preliminari

L-Artikolu 12(2)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqri flimkien mal-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk l-aġir ta’ persuna li tissodisfa l-kriterji għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jaqax taħt ir-raġunijiet ta’ esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat stabbilit fl-Artikolu 12(2)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE, hemm l-obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni l-piena diġà skontata minn din il-persuna, il-maħfra jew l-amnestija li tkun ingħatatilha, jew kwalunkwe ċirkustanza oħra tal-istess natura?

____________

1  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1  ĠU 2011, L 337, p. 9