Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2012 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-230/10) 

("FAEGG - Sezzjoni 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament - Frott u ħxejjex - Obbligu ta' ġustifikazzjoni tal-infiq - Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez u A. Rubio González, abogados del Estado, sussegwentement A. Rubio González)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/152/UE, tal-11 ta' Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 63, P. 7), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li sar mir-Renju ta' Spanja fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 209, 31.07.2010.