Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2009 - El Corte Inglés vs UASI - Pucci International (Emidio Tucci)

(Kawża T-373/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, abogado)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Emilio Pucci International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta' Ġunju 2009 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każijiet magħquda 770/2008-2 u 826/2008-2, peress li, filwaqt li tilqa' parzjalment l-appelli tal-applikant u ta' min għamel l-oppożizzjoni, tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja 3.679.591 għal klassijiet 3, 18, 24, 25 u għal-"Oġġetti għat-tindif, barraxa tal-azzar (steel wool)" fil-klassi 21.

Tordna li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3.679.591 "EMIDIO TUCCI" tintlaqa' fl-intier tagħha.

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: El Corte Inglés, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "EMIDIO TUCCI" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.679.594), miktuba bl-idejn, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 45.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: EMILIO PUCCI INTERNATIONAL B.V.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja figurattiva "EMILIO PUCCI" Nru 203570 (klassijiet 18 u 24), it-trade marks verbali Taljani Nru 769250 (klassijiet 3, 14, 18, 21, 24, 25 u 33) u Nru 274991 (klassijiet 9, 12, 18, 20, 26, 27 u 34) u t-trade mark figurattiva Taljana Nru 275894 (klassijiet 14, 18, 24 u 25).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appelli tal-applikant u ta' min għamel l-oppożizzjoni parżjalment milqugħa.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8 (1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________