Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Maxeon Solar vs EUIPO – ZO (Pannelli solari (parti minn -))

(Kawża T-63/23) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta parti minn pannelli solari – Disinn preċedenti – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Utent avżat – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Maxeon Solar Pte. Ltd (Singapor, is-Singapor) (rappreżentanti: U. Lüken u J. Bärenfänger, avukati, ammessa sabiex tissostitwixxi lil SunPower Corporation)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hamel u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: ZO

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1589/2021-3).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Maxeon Solar Pte. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 121, 3.4.2023.