Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Schönegger Käse-Alm vs EUIPO – Jumpseat3D plus Germany (Rebell)

(Kawża T-161/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Rebell – Revoka parzjali – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Schönegger Käse-Alm GmbH (Prem, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jumpseat3D plus Germany GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Jannar 2023 (Każ R 295/2022-1).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Jannar 2023 (Każ R 295/2022-1) hija annullata sa fejn ir-revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Rebell ġiet iddikjarata għall-“prodotti tal-ħalib, b’mod partikolari butir, preparazzjonijiet tal-butir, butir ikkjarifikat, butir taż-żejt, ġobon kwark, ħelu bil-ġobon tal-kwark, prodotti mill-ħalib, prodotti mill-ħalib imnixxef, ikel djetetiku li fih ħalib u prodotti tal-ħalib”.

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 173, 15.5.2023.