Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Mejju 2016 – Aprili u Kilian vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-18/12) 1

(Servizz pubbliku – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Drittijiet għal pensjoni miksuba, qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali ta’ pensjoni – Trasferiment lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz, magħmula mill-Awtorità tal-Ħatra jew mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, aċċettata mill-persuna kkonċernata – Irtirar ta’ din il-proposta – Proposta ġdida ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz ibbażata fuq dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sophie Aprili (Pont-à-Celles, il-Belġju) u Karin Kilian (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, u, finalment, J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalement D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement M. G. Gattinara, aġent, u, finalment, G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fil-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid tal-PMO.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Sophie Aprili u Karin għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 138, 12.5.2012, p. 34.