Language of document : ECLI:EU:T:2011:652





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 – Ben Ri Electrónica vs UASI – Sacopa (LT LIGHT-THECNO)

(Kawża T-143/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LT LIGHT-THECNO – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti LT – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 41-43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 1625/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ben-Ri Electrónica, SA u Sacopa, SAU.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 1625/2008‑4), hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Ben‑Ri Electrónica, SA.