Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Marzu 2010 - Space Beach Club vs UASI - Flores Gómez (SpS space of sound)

(Kawża T-144/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Space Beach Club SA [San Jorge (Ibiza), Spanja] (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Ángel Flores Gómez (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI u tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5683693;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Miguel Ángel Flores Gómez

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "SPS space of sound" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.683.693) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade marks figurattivi Spanjoli li jinkludu l-element verbali "SPACE" (Nru 2.021.783, Nru 2.610.677, Nru 2.644.838, Nru 2.644.839, Nru 2.654.511, Nru 2.694.428, Nru 2.583.870, Nru 3.175.742 u Nru 4.529.814) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja

____________