Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Marzu 2010 - Solae vs UASI - Délitaste (alpha taste)

(Kawża T-145/10)

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Solae Holdings LLC (St. Louis, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Délitaste S.A. Industrielle et Commerciale d'Aliments (Thessaloniki, il-Greċja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li dan ir-rikors u l-informazzjoni addizzjonali ġew ippreżentati debitament;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta' Diċembru 2009, fil-Każ R 92/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "alpha taste" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 39 u 43

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Komunitarja "ALPHA" għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li kien hemm biss probabbiltà parzjali ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________