Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-48/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Duta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 li permezz tagħha l-bord tal-għażla kkostitwit fil-proċedura ta’ selezzjoni UE Karrieri EPSO/AD/177/10-AUDIT2013-Amministraturi-AD5 ikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013 li ma tippermettix lir-rikorrent jgħaddi għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjonijiet tal-bord tal-għażla tal-14 ta’ Frar 2014 u tat-3 ta’ Ottubru 2013 li skonthom il-kandidatura tiegħu fil-kompetizzjoni bir-referenza EPSO/AD/177/10-AUDIT2013-Amministraturi-AD5 ġiet miċħuda;jordna kull obbligu legali fil-qasam;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 5000, jew kwalunkwe ammont ieħor, anki ikbar, li għandu jiġi stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ex aequo et bono, bħala kumpens għan-natura vessatorja tat-trattament tal-kandidatura tiegħu;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.