Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Mejju 2015 – Pohjanmäki vs Il-Kunsill

(Kawża F-44/14) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Eżami komparattiv tal-merti – Rwoli rispettivi tal-Awtorità tal-Ħatra u tal-KKP – Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni – Nuqqas ta’ konsultazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni mill-membri tal-KKP – Kompatibbiltà tal-funzjonijiet ta’ relatur fi ħdan il-KKP u l-ex evalwatur – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Anzjanità fil-grad – Livell ta’ responsabbiltajiet eżerċitati – Dmir ta’ premura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jaana Pohjanmäki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, E. Rebasti u M. Veiga, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD 13 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni morali allegatament subiti.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.J. Pohjanmäki għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti minn J. Pohjanmäki.