Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Esen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/14) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Drittijiet għall-pensjoni miksuba, qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali ta’ pensjoni – Trasferiment lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kerim Esen (Maputo, il-Mozambique) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Kerim Esen għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 212, 7.7.2014, p. 46