Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 – Generics (UK) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-469/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Generics (UK) (Potters Bar, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Vandenborre u T. Goetz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, parzjament jew kollha kemm hi, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39226, li tiddikjara li r-rikorrenti kisret, b’mod kontinwu, l-Artikolu 101 TFUE bejn l-24 ta’ Jannar 2002 u l-1 ta’ Novembru 2003 billi pparteċipat f’żewġ ftehim bonarji fil-qasam tal-privattivi;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas b’mod sostanzjali l-ammont tal-multi imposti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball imwettaq mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-kontenut, tal-għan imfittex u tal-kuntest tad-diversi ftehim bonarji:

Il-konklużjonijiet tad-deċiżjoni huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata u spekulattiva tad-diversi ftehim bonarji u fuq silta selettiva ħafna mill-arkivji. Id-deċiżjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni jew interpretat b’mod żbaljat il-provi li kienu juru ċarament li d-diversi ftehim bonarji kienu jibqgħu fl-ambitu ta’ privattivi maħruġa b’mod validu lil Lundbeck, u kienu konklużi fil-kuntest ta’ litigazzjoni ġenwina dwar il-privattiva.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni meta injorat l-eżistenza ta’ privattivi maħruġa b’mod validu u meta xebbħet id-diversi ftehim bonarji ma’ ftehim ta’ tqassim tas-suq:

Il-konklużjoni tad-deċiżjoni, li tipprovdi li d-diversi ftehim bonarji jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni permezz tal-għan tagħhom, tinjora l-eżistenza ta’ privattivi maħruġa b’mod validu li r-rikorrenti kellha tieħu inkunsiderazzjoni. Id-deċiżjoni hija żbaljata inkwantu tikkonkludi li l-privattivi għandhom biss setgħa ta’ esklużjoni meta huma jkunu ġew ikkonfermati f’kuntest ta’ litigazzjoni, li l-litigazzjoni dwar il-privattivi hija essenzjali għall-proċess tal-kompetizzjoni u li r-rikorrenti kellha l-obbligu li tibda azzjoni u li teżawrixxi l-possibbiltajiet kollha qabel ma tikkonkludi d-diversi ftehim bonarji.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni tal-fatti, mwettaq mill-Kummissjoni meta kkonkludiet li l-ħlas li sar fil-kuntest ta’ dawn id-diversi ftehim bonarji kien “deċiżiv” sabiex jiġi stabbilit ksur minħabba l-għan:

Il-konklużjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi li s-sempliċi fatt li ssemma’ ħlas lir-rikorrenti fil-ftehim bonarji kien biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur minħabba l-għan, ma għandha l-ebda bażi legali jew fattwali. Il-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-oneru tal-prova impost fuqha.4    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni tal-fatti inkwantu l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kuntest fattwali u legali li fih id-diversi ftehim bonarji ġew konklużi:Il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni fatturi essenzjali bħalma huma d-dritt rilevanti fil-qasam tal-litigazzjoni dwar il-privattivi, l-arkivji relattivi għal-litigazzjoni dwar il-privattivi u r-riskji ta’ dannu lir-rikorrenti, u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-medja tad-dewmien tal-litigazzjoni dwar il-privattivi. Il-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-oneru tal-prova impost fuqha.5    Il-ħames motiv ibbażat fuq żball imwettaq mill-Kummissjoni meta kkonkludiet li d-diversi ftehim bonarji ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ eżenzjoni taħt l-Ar

tikolu 101(3) TFUE:Il-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-provi u l-argumenti rilevanti, ġenwini u kredibbli, ippreżentati mir-rikorrenti, li kienu juru li d-diversi ftehim bonarji ppermettew lir-r

ikorrenti twettaq it-tnehdija kważi tmintax-il sena qabel l-iskadenza tal-privattiva ewlenija ta’ Lundleck.6    Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità:Id-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tikkundanna lid-diversi ftehim bonarji li jikkostitwixxu l-mezz li jpoġġi l-inqas piż fuq it-tfittxija ta’ għanijiet leġittimi.7    Is-seba’ motiv ibbażat

fuq il-fatt li d-deċiżjoni ma hijiex motivata b’mod suffiċjenti u dan bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE:Id-deċiżjoni ma hijiex motivata b’mod suffiċjenti, u dan bi ksur tal-Artikol

u 296 TFUE, inkwantu tippreżumi l-eżistenza ta’ elementi li huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tipprova.8    It-tmien motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali mid-deċiżjoni:Id-deċiżjoni tikser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi introduċiet allegazzjonijiet u

provi ġodda mingħajr ma r-rikorrenti ngħatat il-possibbiltà ta’ smigħ.9    Id-disa’ motiv ibba

żat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li turi li r-rikorrenti wettqet ksur b’mod intenzjonat jew b’negliġenza:Il-fatti tal-każ ineżami jqajmu problemi ġodda u kumplessi li għalihom ma kien j

eżisti ebda preċedent meta d-diversi ftehim bonarji ġew konklużi. Il-konklużjoni li tipprovdi li, dak li l-Kummissjoni tiddesk

rivi bħala ksur, twettaq bi ksur b’mod intenzjonat jew b’negliġenza tal-liġi, ma hijiex fondata.