Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Generics (UK) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-469/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehimiet konklużi bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Multi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Generics (UK) Ltd (Potters Bar, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Vandenborre u T. Goetz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke, F. Castilla Contreras u T. Vecchi, sussegwentement F. Castilla Contreras, T. Vecchi, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Generics (UK) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 3254, 9.11.2013.