Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – Digibet Ltd, Gert Albers vs Westdeutsche Lotterie GmbH & Co. OHG

(Kawża C-156/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Artikolu 56 TFUE – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni li tipprekludi logħob tal-ażżard permezz tal-internet li ma kinitx applikabbli, għal perijodu limitat, f’entità federali ta’ Stat Membru – Koerenza – Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Digibet Ltd, Gert Albers

Konvenuta: Westdeutsche Lotterie GmbH & Co. OHG

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni komuni għall-maġġoranza tal-entitajiet federali ta’ Stat Membru li għandu struttura federali li tipprekludi, fil-prinċipju, l-organizzazzjoni u l-medjazzjoni tal-logħob tal-ażżard permezz tal-internet, fejn, matul perijodu limitat, entità federali waħda tkun żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni iktar liberali koeżistenti ma’ leġiżlazzjoni restrittiva f’entitajiet federali oħra, sa fejn tali leġiżlazzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proporzjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

____________

1 ĠU C 189, 29.06.2013.