Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 2011 - Tegebauer vs Il-Parlament

(Kawża T-308/07) 1

(Dritt għal petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni - Rikors għal annullament - Att li jista' jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Obbligu ta' motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ingo-Jens Tegebauer (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment R. Nieporte, sussegwentement H.-B. Pfriem, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück u M. Windisch, sussegwentement N. Lorenz u E. Waldherr, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ġunju 2007, li tiċħad il-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fis-7 ta' Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ġunju 2007, li ma tittiħidx azzjoni fuq il-petizzjoni ppreżentata minn Ingo-Jens Tegebauer fis-7 ta' Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007) hija annullata.

Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' I. J. Tegebauer.

5

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007