Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Awwissu 2007 - Hansgrohe AG vs L-UASI

(Kawża T-307/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hansgrohe AG (Schiltach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Weidert u J. Zehnsdorf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-31 ta' Mejju 2007, fil-Każ R 1281/2006-1 dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 869 319 ;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "AIRSHOWER" għal prodotti fil-klassi 11 (Applikazzjoni Nru 4 869 319).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda parzjali ta' l-applikazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 peress li s-sinjal li saret l-applikazzjoni għalih għandu karattru distintiv u mhuwiex deskrittiv.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).