Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Awissu 2007 - Ir-Renju ta' l-Olanda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Grave u Y de Vries, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni 2007/395 inkwantu l-Kummissjoni kkunsidrat f'din id-Deċiżjoni li l-approvazzjoni tagħha hija meħtieġa, b'mod konformi ma' l-Artikolu 95(6) KE, għaż-żamma tal-leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-applikazzjonijiet ta' paraffin klorinat short chain li huwa msemmi fid-Direttiva 2002/45/KE.

tordna li l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti mressqa huma simili għal dawk ippreżentati fil-kawża T-234/04, L-Olanda vs Il-Kummissjoni (li inizjalment kienet il-kawża C-103/04)1.

____________

1 - ĠU 2004 C 94, p.30