Language of document : ECLI:EU:T:2007:345





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Novembru 2007 –

Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/07 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Deċiżjoni ta’ rkupru ta’ għajnuna finanzjarja – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikolu 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10 u 11)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 22-24)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 34-36)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 5261, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar irkupru ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija fil-kuntest ta’ sussidju mogħti lil Dimos Peramatos (Commune de Perama) permezz tad-Deċiżjoni C 97/1997/finali, tas-17 ta’ Lulju 1997.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.