Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Marzu 2013 - Sun Capital Partners vs UASI - Sun Capital Partners (SUN CAPITAL)

(Kawża T-164/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun Capital Partners, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P.-A. Dubois, Solicitor, D. Alexander, QC u F. Clark, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sun Capital Partners Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell; u/jew

tirrivija l-kwistjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid mill-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż inkorsi mill-applikant quddiem il-Bord tal-Appell;

tordna lil SCPL tbati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż inkorsi mill-applikant quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li SCPL issir intervenjenti fil-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "SUN CAPITAL" - reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 942 654

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob l-invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivi għat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: il-motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikoli 53(1)(c) u 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________