Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2015 – First Islamic Investment Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-161/13)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: First Islamic Investment Bank Ltd (Labuan, il-Malażja) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Á. de Elera-San Miguel Hurtado u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali ta’ parti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jżomm il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw ir-rikorrenti.DispożittivSa fejn jikkonċernaw lil First Islamic Investment Bank Ltd, huma annullati:il-punt I tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;il-punt I tal-Anness tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. First Islamic Investment Bank għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ First Islamic Investment Bank.

____________

1 ĠU C 141 tat-18/5/2013.