Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Marzu 2009 - Lopez Sanchez vs Il-Kunsill

(Kawża F-19/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carolina Lopez Sanchez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 3 fil-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnha li jiġu promossi.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 3 fil-proċedura ta' promozzjoni 2008 u sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnha li jiġu promossi;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________