Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2011 - Beifa Group vs UASI - Schwan-Stabilo Schwanhäußer (Strumenti tal-kitba)

(Kawża T-608/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beifa Group Co. Ltd (li kienet Ningbo Beifa Group Co. Ltd) (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Davis, barrister, u N. Cordell, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Schwan-Stabilo Schwanhäußer GmbH & Co. KG (Heroldsberg, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Awwissu 2011 fil-Każ R 1838/2010-3; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : disinn għall-prodott "strumenti tal-kitba" - disinn Komunitarju rreġistrat Nru 352315-0007

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċeimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark figurattiva li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata fil-Ġermanja bin-Nru 30045470.8 għal prodotti fil-klassi 16; trade mark figurattiva li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata fil-Ġermanja bin-Nru 936051, għal prodotti fil-klassi 16; trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata fil-Ġermanja bin-Nru 2911311, għal prodotti fil-klassi 16; trade mark figurattiva internazzjonali li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata bin-Nru 936051, għal prodotti fil-klassi 16; trade mark figurattiva internazzjonali li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata bin-Nru 418036, għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: disinn Komunitarju rreġistrat ikkontestat iddikjarat invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 61(6) tar-Regolament tal-Kunsill Nru°6/2002, sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq eżami mill-ġdid inammissibbli. Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, sa fejn il-Bord tal-Appell; (i) kiser il-prinċipji fundamentali ta' dan l-artikolu bil-mod li bih applika l-miżuri neċessarji sabiex jeżegwixxi d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali; u ii) applika b'mod żbaljat il-kriterju kemm għall-Artikolu 25(1)(b) kif ukoll għall-Artikolu 25(1)(e) RDK. Ksur tal-Artikolu 25(1(e) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, sa fejn il-Bord tal-Appell; (i) applika l-kriterju żbaljat sabiex jiddetermina jekk id-disinn Komunitarju rreġistrat kellhux l-"użu" tat-trade mark meħtieġ; (ii) naqas milli jeżamina jekk it-trade marks kinix intużaw kemm bħala element tal-Artikolu 25(1)(e) RDK kif ukoll bħala element tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Ġermaniża u (iii) applika b'mod żbaljat il-kriterju relatat mad-dritt ta' projbizzjoni tal-użu tat-trade mark. Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, sa fejn il-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat il-karatteristiċi tal-utent informat u kemm il-mod u kif ukoll il-metodu li bih l-evalwazzjoni tal-impressjoni globali għandha ssir.

____________