Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Jannar 2012 - Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-607/11 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trażmissjoni ta' dokumenti lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Nuqqas ta' osservanza tar-rekwiżiti proċedurali - Nuqqas ta' natura provviżorja tal-miżuri mitluba - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, Il-Ġermanja); u Henkel France (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: R. Polley, T. Kuhn, F. Brunet u É. Paroche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u P. J. O. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji relatati mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2011 (Każ COMP/39.579 - Deterġenti domestiċi - u Każ 09/0007 F) li tiċħad it-talba tal-Awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża li tittrasferilha, fil-kuntest tal-Każ 09/0007 F, dwar is-settur Franċiż tad-deterġenti, numru ta' dokumenti prodotti fil-Każ COMP/39.579.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________