Language of document : ECLI:EU:T:2015:152





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Marzu 2015 – Spa Monopole vs UASI – South Pacific Management (Manea Spa)

(Kawża T‑611/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MANEA SPA – Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Benelux SPA u trade mark verbali preċedenti tal-Benelux LES THERMES DE SPA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Proċedura – Termini – Terminu għal raġuni ta’ distanza – Applikazzjoni għall-ftuħ ta’ kawża kontra deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(5); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2)) (ara l-punt 23)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Tibdil tat-termini tal-kawża mressqa quddiem il-Bord tal-Appell – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4)) (ara l-punt 32)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 38-42, 67, 68)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 45-47)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali Manea Spa – Trade marks verbali u figurattivi SPA u trade mark verbali LES THERMES DE SPA [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 53, 54, 64-66, 86-90)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 55, 56)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2011 (Każijiet magħquda R 1176/2010‑1 u R 1886/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u South Pacific Management.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta’ Settembru 2011, (Każijiet magħquda R 1176/2010‑1 u 1886/2010‑1) hija annullata.

2)

L-UASI u South Pacific Management huma kkundannati kull wieħed ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll l-ispejjeż ta’ Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV.