Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Masco et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-378/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Ksur uniku”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Masco Corp. (Michigan, l-Istati Uniti); Hansgrohe AG (Schiltach, il-Ġermanja); Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH (Schiltach); Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH (Wiener Neudorf, l-Awstrija); Hansgrohe SA/NV (Brussell, il-Belġju); Hansgrohe BV (Westknollendam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Hansgrohe SARL (Antony, Franza); Hansgrohe SRL (Villanova d’Asti, l-Italja); Hüppe GmbH (Bad Zwischenahn, il-Ġermanja); Hüppe Ges.mbH (Laxenburg, l-Awstrija); Hüppe Belgium SA (Woluwé Saint-Étienne, il-Belġju); u Hüppe BV (Alblasserdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Schroeder, S. Heinz, avukati, u J. Temple Lang, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn B. Kennelly, barrister)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn il-Kummissjoni qieset li r-rikorrenti kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kumpless fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe SRL, Hüppe GmbH, Hüppe Ges.mbH, Hüppe Belgium SA u Hüppe BV huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.