Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Lotion vs EUIPO (BLACK IRISH)

(Kawża T-498/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lotion LLC (Woodland Hills, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Deutsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BLACK IRISH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 189 156

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 199/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ r-rikors għar-reġistrazzjoni tal-prodotti inkwistjoni u tal-prodotti attwalment mitluba fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti, inkluż fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001;

Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

____________