Language of document : ECLI:EU:T:2021:596


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal14 ta’ Settembru 2021 – Silex vs IlKummissjoni u Eismea

(Kawża T654/20)

“Rikors għal annullament – Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont 2020’ (2014‑2020) – Nota ta’ debitu maħruġa mill-EASME – Identifikazzjoni tal-konvenut – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors ippreżentat kontra l-awtur tal-att ikkontestat – Eċċezzjonijiet – Atti adottati bis-saħħa ta’ setgħat iddelegati imputabbli lill-istituzzjoni li tagħti d-delega – Atti ffirmati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) – Kompetenza tal-EASME sabiex tadotta l-imsemmija atti – Rikors ippreżentat kontra l-Kummissjoni – Inammissibbiltà

(Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/771, Artikolu 3(3)(b); Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ftehim ta’ Sussidju, Artikolu 44.1.2)

(ara l-punti 26 sa 33)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-nota ta’ debitu Nru 3242009492 tat‑18 ta’ Awwissu 2020 maħruġa mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME), li titlob lir-rikorrenti l-ħlas tas-somma ta’ EUR 55 454.44 kif ukoll tal-ittra Ares(2020) 4309529 li bagħtet din in-nota ta’ debitu, li permezz tagħha l-EASME b’mod partikolari kklassifikat ċerti spejjeż tal-persunal u ċerti spejjeż indiretti bħala mhux eliġibbli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli inkwantu dan huwa ppreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea.

2)

Silex Ipari Automatizálási Zrt. (Silex Zrt.) għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni relatati mal-proċedura dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.