Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill

(Kawża T-95/14) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Użu ħażin ta’ poter – Dritt għall-proprjetà – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Offshore Engineering & Construction Co. (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado u V. Piessevaux, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Iranian Offshore Engineering & Constr

uction C

o. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 102, 7.4.2014