Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Alesa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-99/14)1

[“Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-awtoritajiet Ċiniżi għall-ħtiġijiet tal-proġett ‘Urbanizzazzjoni fit-tul – Konnessjoni bejn il-villaġġi ekoloġiċi tal-Ewropa u taċ-Ċina (EC-LINK)’ – Proċedura nnegozzjata – Artikolu 266(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Alesa Srl (Chieti, l-Italja) (rappreżentant: N. Giampaolo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Aresu, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u maħsuba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fil-suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013/S 234-405244), li tagħti l-kuntratt pubbliku DCI-ASIE/2013/329-453, marbut mal-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-proġett “Urbanizzazzjoni fit-tul – Konnessjoni bejn il-villaġġi ekoloġiċi tal-Ewropa u taċ-Ċina (EC-LINK)”, lil offerenti oħra u mhux lir-rikorrenti, fit-tieni lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u maħsuba sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti u, fit-tielet lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiza sabiex il-Qorti Ġenerali tevalwa “il-legalità jew l-illegalità kif ukoll l-applikabbiltà jew in-nuqqas ta’ applikabbiltà” tal-Artikolu 266 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1), u tal-punt 2.4.13 tal-gwida prattika tal-proċeduri kuntrattwali fil-kuntest tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewoprea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Alesa Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 102, 7.4.2014.