Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Frar 2010 - Intermark vs UASI - Natex International (NATY'S)

(Kawża T-72/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Intermark Srl (Stei, ir-Rumanija) (rappreżentant: Á.M. László, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natex International Trade SpA (Pioltello, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

temenda d-deċiżjoni tal-konvenut u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kollha kemm hi fir-rigward tal-prodotti kollha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Natex International Trade SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "NATY'S" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.810.627)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva "Naty" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30 u 35 (trade mark Komunitarja Nru 4.149.456)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, minħabba li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).