Language of document :

Appell ippreżentat fis-17 ta’ April 2014 minn AC-Treuhand AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-27/10 – AC-Treuhand AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-194/14 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: AC-Treuhand AG (rappreżentanti: C. Steinle u I. Bodenstein, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009 (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi) sa fejn din tirrigwarda lill-appellanti;

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multi imposti fuq l-appellanti skont l-Artikolu 2(17) u (38) tal-imsemmija deċiżjoni;

sussidjarjament fir-rigward tat-talba fil-punt 2, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tkun tista’ tiddeċiedi skont il-punti ta’ liġi stabbiliti mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa dirett kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mogħtija fis-6 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-27/10. Permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti fis-27 ta’ Jannar 2010 kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 − Stabilizzaturi termiċi).

L-appellanti tinvoka erba’ aggravji:

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod estensiv l-Artikolu 81 KE (li issa sar l-Artikolu 101 TFUE) bi ksur tal-prinċipju ta’ legalità (nullum crimen sine lege u nulla poena sine lege) stabbilit fl-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), bil-konsegwenza li l-grad ta’ preċiżjoni u ta’ prevedibbiltà, meħtieġ mill-istat tad-dritt, tal-elementi tal-ksur previst fl-Artikolu 81 KE ma huwiex iktar iggarantit f’dan il-każ. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 49(1) tal-Karta.Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-raba’ motiv invokat fl-ewwel istanza bi ksur tal-limiti li l-prinċipju ta’ legalità [Artikolu 49(1) tal-Karta] u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kienu jimponu f’dan il-każ fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-multi.Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi. Hija kienet sostniet li l-multi imposti fuqha ma kellhomx jiġu ffissati fil-forma ta’ somma f’daqqa, iżda abbażi tal-onorarji riċevuti għall-provvista tas-servizzi relatati mal-ksur, skont il-metodoloġiji esposti fil-Linji gwida tal-2006. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ċaħdet dan l-argument u qieset li l-ammont tal-multi kien xieraq.Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 229 TFUE, l-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, billi eże

rċitat il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha b’mod insuffiċjenti u żbaljat. Barra minn hekk, fl-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll il-prinċipji ta’ legalità [Artikolu 49(1) tal-Karta], ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità.