Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2011 - Stitching Woonlinie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/10) 

("Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi favur kumpanniji ta' akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Woonlinie (Woudrichem, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Allee Wonen (Roosendaal, il-Pajjiżi l-Baxxi); Woningstichting Volksbelang (Wijk bij Duurstede, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting WoonInvest (Leidschendam-Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Woonstede (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Glazener, E. Henny u T. Ottervanger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti, assistiti minn H. Gilliams, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta' Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 - il-Pajjiżi l-Baxxi - Għajnuna eżistenti u għajnuna favur proġett speċjali maħsub għal kumpanniji ta' akkomodazzjoni soċjali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ta' Vesteda Groep BV u tal-Assoċjazzjoni ta' investituri istituzzjonali fil-proprjetà tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-kumpannija ta' akkomodazzjoni tal-Wallonie, tal-Unjoni soċjali għall-akkomodazzjoni u tal-Kumitat Ewropew ta' koordinazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali (Cecodhas).

Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest u Stichting Woonstede għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Vesteda Groep, l-Assoċjazzjoni ta' investituri istituzzjonali fil-proprjetà tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-kumpannija ta' akkomodazzjoni tal-Wallonie, l-Unjoni soċjali għall-akkomodazzjoni u l-Cecodhas, li talbu sabiex jintervjenu, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 179, 03.07.2010.