Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Lulju 2012 - IVBN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/10) 

["Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta' akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta' akkomodazzjoni soċjali - Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna ġdida kompatibbli - Nuqqas ta' interess individwali - Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura tal-Artikolu 108(2) TFUE - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt"]

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Meulenbelt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti, assistiti minn H. Gilliams, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta' Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 (il-Pajjiżi l-Baxxi - Għajnuna eżistenti u għajnuna favur proġett speċjali maħsub għal kumpanniji ta' akkomodazzjoni).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 179, 03.07.2010.