Language of document : ECLI:EU:T:2012:385





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2012 — IVBN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/10)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Għajnuna eżistenti — Għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni — Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru — Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna ġdida kompatibbli — Nuqqas ta’ interess individwali — Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura tal-Artikolu 108(2) TFUE — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Rikors ta’ assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-interessi kollettivi tal-impriżi fis-settur ikkonċernat — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 108 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 26, 27, 29, 31-35)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Impriża kompetitriċi tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna — Dritt għal azzjoni legali — Kundizzjonijiet — Rikors ta’ assoċjazzjoni li taġixxi f’isem l-interess kollettiv tal-membri tagħha mingħajr ma turi l-effett sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva tagħhom — Inammissibbiltà (Artikolu 108 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 36, 37, 41)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti — Eżami mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni — Impenji meħuda mill-Istat Membru li jagħti għajnuna — Impossibbiltà għall-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Assenza tal-obbligu tal-Kummissjoni li ssejjaħ lill-persuni kkonċernati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 19(1)) (ara l-punti 45-47, 50)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Diffikultajiet ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Diffikultajiet serji — Kunċett — Natura oġġettiva (Artikolu 108(2) u (3) TFUE) (ara l-punti 52, 53)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Diffikultajiet ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Diffikultajiet serji — Tul tal-ewwel eżami li jista’ jikkostitwixxi indikazzjoni tal-eżistenza ta’ diffikultajiet serji (Artikolu 108(2) u (3) TFUE) (ara l-punt 54)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 — (Il‑Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.