Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2010 - Avery Dennison vs UASI - Dennison Hesperia (AVERY DENNISON)

(Kawża T-200/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Avery Dennison Corp. (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dennison Hesperia, SA (Torrejón de Ardoz, Spanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, jew sussidjarjament temenda, id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta' Frar 2010, fil-Każ R 798/2009-2,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "AVERY DENNISON" (Applikazzjoni Nru 3.825.114), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 16, 17, 19, 20, 22, 24, 28, 35, 37, 38, 39, 40, 41 u 42.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Dennison Hesperia, S.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Spanjola "DENNISON" (Nru 1.996.088), għal prodotti fil-klassi 16.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 42(2) u (3) u, sussidjarjament, tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/09 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________