Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2010 - Maximuscle Limited vs UASI - Foreign Supplement Trade Mark Ltd

(Kawża T-198/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maximuscle Ltd (Hertfordshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: N. Phillips, Solicitor u G. Fernando, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell: Foreign Supplement Trademark Ltd (Oakville, il-Kanada)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 1621/2008-1, u tirrinvija l-kwistjoni alternattivament mibdula;

sussidjarjament, tirriforma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 1621/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti f'dawn il-proċeduri kif ukoll għal dawk sostnuti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata suġġett tar-rikors għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali "GAKIC" għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja ċċitata fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud, u, konsegwentement, it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja rreġistrata inkwistjoni miċħuda

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7 (1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) irrepeta l-iżball tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u kkunsidra b'mod żbaljat il-każ bħallikieku sar taħt l-Artikolu 7(1)(d), (ii) b'mod żbaljat ikkunsidra li hemm sinjifikat fil-fatt li "glycine-alpha-ketoisocaproic acid", li GAKIC huwa taqsira tiegħu, huwa taħlita brevettata fl-Istati Uniti, (iii) naqas milli jikkunsidra materjal wara d-data tar-reġistrazzjoni peress li ma kellu ebda valur ta' prova, (iv) naqas milli jikkunsidra provi peress li dawn kienu relatati ma' websajt marbut mar-rikorrenti, (v) kellu approċ inkonsistenti, minħabba l-konstatazzjoni li GAKIC kien taqsira ta' "glycine-alpha-ketoisocaproic acid" u, (vi) evalwa b'mod żbaljat il-provi u naqas milli jagħti attenzjoni xierqa għall-provi li juru li "GAKIC" kien it-taqsira naturali ta' "glycine [G] alpha [A] ketoisocaproic [KIC] acid", u (vii) iddeċieda b'mod żbaljat li hemm sinjifikat ta' trade mark fil-kapitalizzazzjoni tal-kliem "GAKIC".

____________