Language of document : ECLI:EU:T:2013:241





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Mejju 2013 — Masottina vs UASI – Bodegas Cooperativas de Alicante (CA’ MARINA)

(Kawża T‑393/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali CA’ MARINA — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MARINA ALTA — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt mhux ippreżentati qabel quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju — Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 12)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16, 49)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali CA’ MARINA u MARINA ALTA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 25, 47, 48, 50, 59)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal‑4 ta’ Mejju 2011 (Każ R 518/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Cooperativas de Alicante, Coop. V. u Masottina SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Masottina SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.