Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-122/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) il-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet

tiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Jannar 2015 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba preċedentement għad-dħul fis-servizz tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________