Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-123/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 li lir-rikorrent ma jingħatalux numru ta’ punti suffiċjenti sabiex jiġi ammess fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2015 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 irrifjuta l-ammissjoni tar-rikorrent għall-eżamijiet tal-għażla organizzati fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________