Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Pebagua vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-715/16) 1

(“Rikors għal annullament – Ambjent – Protezzjoni kontra l-ispeċi eżotiċi invażivi – Prevenzjoni u ġestjoni tad-dħul u t-tixrid ta’ speċijiet eżotiċi invażivi – Regolament (UE) Nru 1143/2014 – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 – Adozzjoni ta’ lista ta’ speċijiet eżotiċi invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni – Inklużjoni tal-ispeċi Procambarus clarkii – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att

leġiżlattiv li fih miżuri ta’ implementazzjoni – Inammissibbilità manifesta”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquívir (Pebagua) (Isla Mayor, Spanja) (rappreżentant: A. Uceda Sosa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta’ Lulju 2016 li jadotta lista ta’ speċijiet aljeni [eżotiċi] invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2016, L 189, p. 4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L-Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquívir (Pebagua) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 441, 28.11.2016.