Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ġunju 2007 - Gaedertz vs L-UASI - Living Byte Software (Global Remote)

(Kawża T-209/07)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniz

Partijiet

Rikorrent: Johann-Christoph Gaedertz (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. M. Gerstenberg)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Living Byte Software GmbH

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-25 ta' April 2007, R 272/2005-4;

tannulla t-trade mark Komunitarja "Global Remote" Nru 1466499;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal annullament: it-trade mark figurattiva "Global Remote" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 1466499).

Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: Living Byte Software GmbH.

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja : ir-rikorrent.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: ċaħda tat-talba għad-dikjarazzjoni ta' invalidità.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: b'mod partikolari, il-ksur ta'l-Artikoli 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress li t-trade mark Komunitarja li tagħha qed tintalab id-dikjarazzjoni ta' invalidità hija nieqsa mill-karattru distintiv neċessarju u hija ta' natura purament deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993 Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).